Summer in Malta - Party fuq erbat ijiem u erbat iljieli ġewwa pajjiżna! Dan il-party hu skedat li jseħħ bejn it-3 u 7 ta' Ġunju. L-organizzaturi jidher li tefgħu għall-bejgħ il-biljetti li jvarjaw minn €20 sa €350.

Hemm rikalmi wkoll għat-tip ta' pakketti li wieħed jista' jaqta', kemm għal dawn l-avvenimenti u wkoll għal-lukandi. Il-mistoqsija tqum weħidha. Meta aħna għadna qed niġġieldu l-pandemija tagħmel sens li hemm dawn il-biljetti għall-bejgħ?

Vera li forsi pajjiżna miexi 'l quddiem, vera li forsi ninsabu minn ta' quddiem nett fir-rati tal-vaċċin iżda dan mhux perikolu żejjed għall-Maltin u Għawdxin. Kellna sitwazzjoni simili s-sajf li għadda u minn hemm bdew jiżdiedu l-każijiet, jum wara jum. Dan meta f'pajjiżna kważi konna wasalna biex ma jkollna l-ebda każ!

Nittamaw li tittieħed azzjoni! Il-Minisitru Byron Camilleri lbieraħ assigura li għadu mhux il-waqt iżda l-biljetti ta' dan il-party għadhom għall-bejgħ! Wieħed jista' jżur is-sit billi jidħol HAWN.


Emil Calleja Bayliss