Janice Darmanin spiss tikteb fuq il-paġna tagħha ideat sempliċi ta’ kif tista’ ttejjeb ħajtek biex tħossok iżjed ferħana u kalma. Illum hi kitbet dwar id-differenza li tista’ tagħmel mixja qasira.

Hi spjegat, “Qatt tinsa d-differenza li tista’ tagħmel mixja qasira ta’ għaxar minuti. Arja nadifa, u ftit ħin biex tikkalma jistgħu jgħinuk ħafna u jżidulek l-enerġija. Qisek qed terġa tibda l-ġurnata mill-bidu, sempliċi, b’xejn, u vera effettiva! Meta hija l-aħħar darba li ħriġt barra sempliċiment biex tħossok aħjar? Pruvawha llum u rringrazzjaw lilkom infuskom wara!

Hi spjegat li mixja ta’ għaxar minuti biss mallewwel tista’ ttejjeb is-saħħa mentali tagħna u tgħin biex inħossuna iżjed ferħanin. Ġieli pruvajtuha intom?

Instagram / by_kelma.ta.gid_janice


Gabriella Borg