Mhux l-ewwel darba li l-mudell Malti Ragnar Ciantar tefa' ritratt tiegħu u tal-kantant ta' fama mondjali li ġej Malta, Robbie Williams. Dan hekk kif bħalma ħafna żgur li nnutaw, hemm xebħ kbir bejn Ragnar u Robbie.

Ħafna qablu ma' dan u għadhom sal-lum jistgħaġbu bix-xebħ li hemm bejniethom. B'ton umoristiku ftit ilu Ragnar kiteb, "Aqtgħu min? Robbie Williams ġej Malta f'Awwissu! Ser niltaqa' ma' ħija." 

Fil-kummenti bosta qalu bix-xebħ li hemm bejniethom, u bdew kważi għall-mument jitfixklu min minnhom hu min! Int tarah ix-xebħ kważi perfett bejniethom?


Kyle Zarb