Il-mużiċist u kantant magħruf lokali Augusto Cardinali, illum qiegħed jiċċelebra l-anniversarju mill-ġurnata li fiha ngħaqad fiż-żwieġ ma' martu Doreen. 

Fuq Facebook, hu għaddielha messaġġ ta' ringrazzjament, fejn kiteb, "Qatt mhu tard sabiex nirringrazzja l-mara li mieghi ilha mizzewga tnejn u tletin sena. Snin li gerrbu malajr, biss hallew frott bnin. Zewgt itfal mill-aqwa. Grazzi Doreen. Inhobbok wisq..."

Augusto qasam ukoll ritratt mill-arkivji tagħhom flimkien ta' età iżgħar.  

It-tim ta' Gwida.mt jawgura lill-koppja iktar snin ta' mħabba, saħħa u memorji flimkien mal-għeżież uliedhom!


Marija Bellia