Isaac Camilleri Liberto, magħruf aħjar bħala music boy u ċerti li mhux l-ewwel darba jew tnejn smajtu l-kanzunetti tiegħu fuq ir-radju, qed jiċċelebra l-ewwel sena bħala raġel miżżewweġ. Eżatti bħal-lum sena huwa żżewweġ lill-imħabba ta' ħajtu Julienne u f'dan il-jum speċjali hu ħallielha messaġġ mill-isbaħ.

"Iż-żwieġ huwa vjaġġ li għandu bidu iżda ma għandu l-ebda tmiem! Għadni niftakar l-ewwel darba li ħarist f’għajnejk, u għidt lili nnifsi, nixtieq li nkun ma’ dik il-mara sabiħa. U rrid ngħid, dik kienet ħolma li saret realtà," jibda l-messaġġ tiegħu Isaac.

Il-koppja din is-sena saru wkoll ġenituri għall-ewwel darba għalhekk kellhom sfidi oħra ma xiex iħabbtu wiċċhom. Bħal kull koppja oħra, kellhom iż-żminijiet is-sbieħ u dawk forsi inqas sbieħ imma dan qatt ma wassal biex tissepara l-imħabba tagħhom.

Isaac ikompli jgħidilha, "Grazzi ħafna talli dejjem appoġġajtni, li kont paċenzjuża miegħi, li tħobbni, li tissoprendini, li dejjem leali lejja u li temmen dejjem fija tkun xi tkun is-sitwazzjoni." Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż.

Facebook / Isaac Camilleri Liberato


Emil Calleja Bayliss