Illejla fuq AWLA jitkellmu Ina Robinich u Celine Agius dwar il-bullying u dak li għaddew minnu tul is-snin. It-tnejn ġew affettwati bil-mod tagħhom.
Celine tistqarr li dik kienet ir-raġuni għala għamlet żmien wieqfa mill-kanta filwaqt li Ina Robinich tistqarr, "Qatt ma nħares lejn il-mera per eżempju u ngħid kemm jien sabiħa llum."
Hi tkompli tgħid li l-moħħ jibda jgħaġġel u tibda taħseb x'qed jgħidu fuqha n-nies. Dan u aktar illejla waqt il-programm Awla li għandu preżentazzjoni ta' Luke Dalli flimkien ma' Clara Farrugia u Wayne Sammut.
Facebook / Awla