Ftit tal-jiem ilu kienet ħarġet l-aħbar li Luca, t-tifel tal-plejer Brażiljan ta’ Marsa FC Patrick Maia, marad bil-kanċer u minnufih bdew jinġabru donazzjonijiet għal dan it-tifel.

Fuq il-programm Replay fuq Net Television ġie rkantat flokk tal-plejer Maltija Haley Bugeja, ffirmat minnha stess, fejn il-flus li kienu se jinġabru kienu se jmorru kollha għal Luca. L-ammontli bih beda l-irkant kien ta €200 u sal-aħħar tal-programm dan ġie mibjugħ għas-somma sabiħa ta’ €2000.

haleybugeja

Haley Bugeja tat kumment lil Replay fejn qalet “Qatt ma kont nemmen li ta’ din l-eta kien se jkolli pjattaforma li ngħin lil ħaddieħor hekk”.

Dan huwa sinjal ċar tal-qalb ġeneruża tal-Maltin u ta’ kemm verament kapaċi ngħinu lil xulxin fejn meħtieġ.

luca maia

Facebook / Patrick Maia / Haley Bugeja


Henzley  Bezzina