Nate, wieħed mill-parteċipanti ta' Love Island Malta, kien għal xi żmien għarus lill-mudella Jade Cini li fl-1 ta' Lulju tal-2021 kienet ħarġet tgħid li ġiet aggredita minn maħbub tagħha! Kif tfaċċa Nate fuq Love Island, bdew iduru bosta messaġġi fuq il-mezzi soċjali li Nate kien il-persuna li aggredixxa lil Jade.

Jade irċeviet dawn il-messaġġi wkoll u ddeċidiet li titkellem għax ma tħossx li hu xieraq li persuna innoċenti tispiċċa fuq fomm kulħadd għalxejn b'xejn. Jade f'post fuq il-mezzi soċjali tagħha tikteb, "Jien ma bdejtx din imma jien se nkun li nwaqqafha għax ismi qed jitkaxkar f'din l-istorja."

Jade tkompli, "Irċevejt screenshots ta’ storja ta’ Instagram li kienet ixxerjata minn xi ħadd jiem ilu dwar status li ktibt fl-1 ta’ Lulju 2021. Tkellimt miegħu personalment ukoll u kkonfermajt dan li ġej. L-istorja tiegħi ta’ vjolenza domestika hija kollha vera u ġiet solvuta mill-qrati Maltin, madankollu qatt ma ddikjarajt min kien u qatt m'jien se ngħid min hu l-aggressur. Qatt ma semmejt ismijiet għax nemmen li n-nies jagħmlu żbalji, jikbru u jitgħallmu minnhom u l-passat tagħhom m'għandux ikompli jiġri warajhom."

Hi tgħid, "Irrid nagħmilha ċara li Nate m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan il-każ. Dan ġie kkonfermat ukoll mal-crew ta’ Love Island Malta li kkuntattjawni. Jien u Nate ħriġna flimkien snin ilu u irrispettivament minn dak li ġara, m’għandi l-ebda intenzjoni li nagħmel lilu jidher ikrah."

Jade ittemm b'messaġġ, "Oqgħod attent x'informazzjoni taqsam jew temmen għax ix-xnigħat jinxterdu bħan-nar. Jekk trid tkun taf il-verità, mur direttament għand is-sors."


Emil Calleja Bayliss