Post fuq Facebook ta’ The Malta Police Force turi messaġġ miktub minn xi ħadd, li juri l-veru spirtu ta’ rispett u mogħdrija miżmuma mill-uffiċjali tal-Pulizija.
“Ċittadin li jżur l-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar biex jiffirma l-bail book tiegħu, qassam kif uffiċjali marru lil hinn minn dmirijiethom biex juru kura u appoġġ ġenwin lil dan l-individwu li kien se jibda programm ta’ riabilitazzjoni.”
Il-post miktuba miċ-ċittadin tgħid,”Tinduna li qed tagħmel xi ħaġa ħażina u li ma tixraqlekx, inmur niffirma l-għassa u l-puliżija qalli ‘int illum l-aħħar e għax dieħel programm’. Joħroġ minn wara l-bank, joħodli b’idi u jgħidli ‘goodluck ħabib’ u f’daqqa waħda dawk kollha li kienu duty fl-għassa ħarġu jtuni l-kuraġġ.”
“Qatt ma bsart li anke l-pulizija jimpurtahom minni u qatt ma stennejt reazzjoni hekk minn għandhom. Għadhom ma jafux kemm fissret għalija din it-tislima. Prosit kbira lil dawk il-pulizija li kienu fl-għassa.”
Facebook/The Malta Police Force