Kull min għandu xi kelb jaf kemm dan jaf iħobb! Il-klieb għandhom imħabba speċjali, speċjalment lejn is-sid tagħhom. Skont studji li saru minn Dr. Deirdre Barrett, fl-Università ta’ Harvard, il-klieb joħolmu dwar il-persuni li jieħdu ħsiebhom! Dwar dawk il-persuni li juruhom imħabba! Xi ħlew hux?!

Dr. Barrett ilha diversi snin tistudja l-irqad fil-bnedmin u tgħid li m’hemm l-ebda ċertezza dwar il-ħolm eżatt tal-klieb. Minkejja dan, hija tgħid li skopriet ħafna fuq il-bnedmin, li fl-aħħar mill-aħħar huma annimali wkoll. Però fiż-żgur huwa li ċ-ċikli tal-irqad tal-mammiferi, għalhekk il-klieb ukoll, huma simili ħafna għal tal-bnedmin. Għalhekk Dr. Barrett waslet għall-konklużjoni li l-klieb, waqt li jkunu reqdin fil-fond, joħolmu fuq sidhom.

Diversi personalitajiet għandhom kelb li huwa l-mimmi t’għajnejhom! Tgħid il-klieb ta’ dawn il-personalitajiet joħolmu dwarhom ukoll?

Josmar u Rocco

View this post on Instagram

A post shared by Jos Mar (@official_josmar) on

Andrea u Harley

View this post on Instagram

A post shared by Andrea Cassar (@andreacassarliquorish) on

Julie Pomorski u Norbert

View this post on Instagram

A post shared by 𝕁𝕦𝕝𝕚𝕖 ℙ𝕠𝕞𝕠𝕣𝕤𝕜𝕚 (@juliepomorski) on


Yasmin Camilleri