Id-direttriċi u l-attriċi Evelyn Saliba La Rosa għamlet żjara speċjali lil Jake Vella flimkien mal-atturi u t-tim ta' NOLI. Jake iħobb isegwi s-sensiela NOLI għaldaqstant żgur li kienet sorpriża ħelwa għalih.

"Xi pjaċir kien niltaqa' miegħek illum! Qalulna li tħobb tara NOLI u għalhekk ġejna narawk ilkoll. Nista' ngħid li jien number one fan tiegħek. Jien segwejtek frekwenti. Il-mod kif titħarreġ u tgħum! Wow! X'ispirazzjoni"

Prosit kbira lil Evelyn u lit-tim kollu! Mhux talli mżejnin b'talent kbir iżda għandkom ukoll qalb tad-deheb! Prosit!


Kyle Zarb