L-ammont ta' annimali li hawn abbandunati jiġru fit-toroq huwa kbir. Min jaf kemm hemm kreaturi innoċenti li għadhom qed jistennew li xi darba jrabbihom xi ħadd taħt saqaf. Hemm dawk ukoll li forsi qegħdin f'dar imma mhux trattati kif suppost. Mhux fil-każ tal- koppja Glen Vella u Sandro Zammit!

Huma kemm-il darba jitfgħu ritratti tal-klieb li jrabbu b’tant għożża. L-aħħar membru li ngħaqad mal-familja tagħhom kien propju Spagettu! 

Propju fit-13 ta’ Settembru tas-sena l-oħra Glen u Sandro ddeċidew li jadottawh u jagħtuh id-dar li fih jista’ jgħix ta’ re. Ftit ilu fuq il-profil tiegħu qasam il-memorja ta’ din il-ġurnata permezz ta’ diversi ritratti u anke l-messaġġ li kienu ħallewlhom is-santwarju ta’ Rescused is my Favorite Breed - Lulu Arpa. 

Aħna nawguraw lil Spagettu għal aktar snin sbieħ flimkien mas-sidien tiegħu Glen u Sandro! Ċerti li qed jgħix ħajja ta’ re, għax milli jidher baqa’ rieqed waqt li Glen u Sandro kienu lesti biex jibdew il-ġurnata tagħhom!


Kyle Zarb