Nibda billi ngħid li huwa tajjeb li waqt dan iż-żmien delikat, għandek issegwi ir-rakkommandazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet professjonali. Huwa tajjeb li meta u fejn possibbli għandek tibqa’ f’darek u ma toħroġx jekk mhux għal bżonn.

Ipprattika dak li qed insejħulu social distancing u jekk qed tħoss is-sintomi attribwiti mal-COVID-19 għandek tinforma l-awtoritajiet konċernati filwaqt li tibqa' kwarantina.

Iżda f’dan iż-żmien delikat x’għandu jkollok fil-kċina tieghek ? x’għandek tixtri? Kif tista’ tkun preparat?

Meta tagħmel deċizjonijiet waqt mumenti ta’ aġitazzjoni jew stress hemm ċans li tixtri affarijiet żejda li bejnek u bejn ruħek taf li aktarx lanqas biss se tikolhom. Allura tkun qed taħli flusek filwaqt li tkun qed tieħu oġġett jew prodott li jista' jagħmel użu minnu ħaddiehor. Ixtri bil-għaqal.

Dawn huma ftit rakkommandazzjonijet ta’ x’wieħed tajjeb li jkollu fil-kċina tiegħu waqt diżastri bhal dawn li mhux dejjem inkunu nafu meta huwa t-tmiem tagħhom.

Allura x’għandu jkollok fil-cupboard tal-kċina?

Tajjeb li jkollok dawn il-prodotti:

  • Dqiq
  • Żejt taż-żebbuġa u żejt Canola
  • Zokkor abjad u ismar
  • Bżar u melħ
  • Għasel
  • Ħall tat-tuffieħ - Apple Cider Vinegar – dan il-hall huwa versatili u għalhekk huwa ta’ użu kemm fl-insalata kif ukoll jista jintuża minnflokk il-ħall abjad jew aħ
  • Kunserva
  • Tadam fil-bott jew fil-vażett
  • Ross ismar jew abjad. Ir-ross ismar huwa aktar sustanzjuż.
  • Għaġin, couscous jew quinoa.
  • Fażola niexfa jew tal-bott. Il-fażola bajda, ċiċri, lentils, garbanzo u kidney beans fihom ħafna sustanzi.
  • Għall-ħami – baking soda, baking powder, ħmira
  • Ħafur
  • Stock tat-tiġieġ, ħut etc
  • Te u Kafe
  • Ħalib tal-bott jew long life
  • Corned beef
  • Tuna
  • Salamun tal-bott

Ħwawar li popolari:

  • Rignu
  • Chilli
  • Tewm midħun
  • Kannella
  • Msiemer tal-qronfol
  • Soy sauce
  • Ħwawar tat-tiġieġ
  • Tursin frisk
  • Karfus frisk
  • Kemmun
  • Ġinġer
  • Meraq tal-lumi (li jkun f’kontenitur forma ta’ lumija)
  • Essenza tal-Vanilla
  • Essenza tal-Lewż

Frott u Ħaxix:

Ftakar li fil-friġġ u l-friża l-ispazju huwa limitat. Tajjeb li qabel toħroġ tixtri tiċċekkja kemm baqalek spazju.

  • Tuffieħ (fil-friġġ idum madwar 3 ġimgħat)
  • Larinġ (fil-friġġ idum madwar 3 ġimgħat)
  • Tewm
  • Patata - meta tpoġġieha fil-friġġ isservi aktar
  • Basal – l-istess iservi aktar fil-friġġ.
  • Karrotti
  • Pastarda (fil-friġġ idum madwar 2/3 ġimgħat)
  • Jekk se tixtri banana jew lanġas, agħżilhom ftit meta u jekk isiru malajr tista’ tiffriżahom biex tagħmel ħobż magħmul mill-banana jew torta tal-lanġas.

Tal-friża:

  • Ħaxix imħallat
  • Frott imħallat

Jekk ma għandekx spazju fil-friża, tista’ tixtri ħaxix u frott li jkun priservat fil-bott bħall-corn, piżelli, faqqiegh, ħawħ eċċ.

HALIB, ĦUT U LAĦAM

  • Ħalib frisk jew ħalib tal-għażla tiegħek – bhal Soy jew Rice.
  • Ħalib tat-trab iservi aktar
  • Butir u marġerina - dawn tista’ anke tpoġġiehom fil-friż
  • Ftakar li ġobon iebes iservi ħafna aktar mill-ġobon artab.
  • Bajd frisk – tesaġerax u dejjem iċċekkja id-data
  • Perżut u bejken – tista’ anke tiffriż
  • Kapuljat – tista tagħmel diversi ikliet bihom bhal-zlazi, torti eċċ
  • Tiġieġ
  • Ċanga
  • Majjal
  • Ħut

Prodotti oħra li tajjeb li jkollok:

  • Lewż u karawett – fihom ħafna proteini
  • Butir tal-karawett/lewż
  • Mayonnaise
  • Sauce aħmar / bbq/ HP
  • Ġam tal-frott
  • Chocolate chips biex taħmi l-cookies

HOBŻ

Il-ħobż jiffriża ruħu tajjeb u għalhekk tista’ tiffriżah jekk tara li mhux se tilħaq tużah. Tista’ wkoll tixwiħ u tużah bhala croutons fl-insalata jew breadcrumbs.

  • Ħobż tal-Malti mqatta’
  • Ħobż tas-sandwich
  • Ħobz li taħmi inti stess f’dahrek bi ftit ingredjenti li diġa huma mniżżla hawnhekk. Fittex riċetti faċli online.

Ikel għat-tnaqqir:

  • Galletti u crackers
  • Gallettini
  • Taħlita ta’ lewż u frott niexef
  • Popcorn
  • Hummus
  • Żebbuġ
  • Bigilla
  • Xi ftit ċikkulata tajba biex tbiddel il-burdata.

Jekk għandek tarbija jew tfal żgħar:

  • Ħrieqi
  • Ħalib tat-trab/ formula
  • Cream
  • Temperatura
  • Mistura li tniżżel id-deni.

Jekk għandek l-annimali, tinsiex l-ikel għalihom.

XORB

Importanti li wieħed jaħseb ukoll biex ikollu biżżejjed ilma u xorb sustanzjuż. Avolja jekk tixtri dawn kollha sippost għandu jkollok 6 pakketti ilma b’xejn. Evita’ xorb b’ħafna zokkor pero jekk tbati bid-dijabete importanti li żżomm xi ħaġa ħelwa għal dak li jista’ jinqala.

Ic-CDC tirrakomanda li jkollok gallun ilma għal kull persuna kuljum.

Ixtri bil-ħsieb, kun bil-għaqal fl-għażliet tiegħek u ftakar f’ħaddiehor. Meta tmur tixtri prova ħalli distanza. Ċedi lill-anzjani u dawk bi tfal jew b’tarbija fil-ġuf.

Jekk ma tistax toħroġ tixtri, itlob l-għajnuna! Ċempel 111!

Grazzi lil Rebekah Grima għal dawn il-punti!


Gwida.mt