Jumejn ilu ħalla din id-dinja Jake Vella, tifel ħelu tant maħbub mill-Maltin li minkejja l-marda rarissima tiegħu, kompla jiġġieled bi tbissima fuq fommu u jispira lil ħaddieħor.
Illum Maria La Barokka Muscat ħasset il-bżonn li tfakkar il-memorja tiegħu b’kelmtejn qosra li ma jistgħux ma jnisslulekx demgħa.
“Qabel għalaq għajnejh Jake Vella qal lil ommu Maruska Vella u missieru Josie Vella ‘pa u ma grazzi ta’ kollox’. X’jibqa’ fik? Jake Vella kemm kont bniedem kbir. Inħobbuk.”
L-aħħar kliem ta’ ħajtu użahom biex jgħid grazzi lill-ġenituri tiegħu li tant għamlu sagrifiċċji biex jarawh jitbissem. Ma tistax tgħid li dan il-ġuvni ma kellux qalb tad-deheb. Inżommu lilu u lill-familja u l-ħbieb tiegħu fit-talb tagħna f’dan iż-żmien tant diffiċli.
Facebook/ Maria La Barokka Musat