Martina hi tfajla ħelwa u simpatika li sfortunatament kellha tgħaddi minn bosta ċirkostanzi diffiċli f’ħajjitha, iżda d-determinazzjoni tagħha wasslitha biex anke tixtri propjeta’. Din id-determinazzjoni tagħha hi verament ammirabbli.
Puttinu Cares kitbu, “Prosit lil Martina li xtrat il-propjeta’ tagħha stess! Dan hu avveniment meraviljuż, speċjalment meta tikkunsidra dak kollu li għaddiet minnu. Li għaddiet minnu Martina jgħallimna qatt ma naqtgħu qalbna u qatt ma nħallu ċ-ċirkostanzi tagħna jiddettawlna l-futur. Minkejja li kellha tagħmel operazzjoni tal-qalb, tilfet lil ommha u lill-għarus għall-kanċer, kellha l-kanċer hi stess u kellha tagħmel masectomy, hi kompliet turi saħħa inkredibbli, resiljenza, u kuraġġ.”
Ma tistax ma taqbiżlekx demgħa meta tisma dwar dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli, iżda l-istorja ta’ Martina hi waħda li għandna tispirana lkoll. Żgur li se żżewwaq din id-dar ġdida b’memorji sbieħ, aħna ferħanin ħafna għaliha!
Facebook / Puttinu Cares