Il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares qasmu messaġġ li kitbet omm Luca, tifel li ta’ 7 sfortunatament marad bil-lukimja.

“Meta Luca kellu 7 snin, ħadna l-aħbar li marad bil-lukimja,” hi kitbet. “Aħbar li bidlitilna ħajjitna. Ħajjitna saret qisha rollercoaster.”

“Puttinu Cares ġew huma fuqna u għenuna mill-mument li ħadna l-aħbar. Niftakar meta qaluli li ħa jimxuha agħna sal-aħħar. Għaddew 3 snin u sal-lum għadhom jagħtuna l-appoġġ.”

“Puttinu Cares nxebbħu ma’ pilastru li ħafna familji qed iserrħu fuqu. Kieku m’hemmx huma, t-tbatija tkun ferm ikbar. Illum inħossni grata lejhom u minn qalbi nixtieq ngħinhom. Bħalissa flimkien ma’ voluntiera oħra qed norganizzaw ġbir ta’ fondi biex b’hekk nkunu qed ngħinu lil Puttinu u b’hekk familji oħra jibqgħu jirċievu l-għajnuna.”

Facebook/Puttinu Cares


Bernard Xuereb