Aktar kmieni llum fuq il-paġna tiegħu, il-kantant magħruf Malcolm Pisani xeħet ritratt li jeħodna lura erba' snin ilu meta ġie ppremjat bħala ‘L-Iktar Żagħżugħ Prominenti’ mingħand is-sindku Joanne Debono Grech u l-Ministru tal-Kultura waqt Jum Birkirkara. Premju tassew mistħoqq għal bniedem tant dħuli u li dejjem hemm biex ikun ta’ sapport għal ħaddieħor.

Bosta kienu li kkummentaw fuq ir-ritratt li tefa’ u ma kellhom xejn xi jgħidu ħlief kliem ta’ tifħir. Ħafna qablu li Malcolm tassew jistħoqlu premju bħal dan u li huwa persuna b’qalb tad-deheb.

Malcolm ġie mogħti dan il-premju bħala rikonoxximent tas-suċċess fil-karriera mużikali tiegħu. Dan l-artist kontinwament joħroġ mużika oriġinali u pjuttost moderni tant li dejjem jinżlu tajjeb mal-pubbliku. Is-sapport enormi m’għand il-followers tiegħu ma jonqosx. 

Fost waħda mill-aktar riċenti nsibu Rise kanzunetta ddedikata għall-għaqda li tant tagħmel ġid Rise Foundation. Jispjega aktar dwar dan fl-intervista li kellu fuq il-programm Life & Style.

F’isem it-tim kollu Gwida.mt jixtieq jawgura lil Malcolm aktar suċċessi fil-futur għaliex tassew jistħoqlu!


Kyle Zarb