Il-President George Vella għadu kemm temm iż-żjara tiegħu f’Ruma, l-Italja. Hu attenda attività fejn tfakkar Jum l-Indipendenza ta’ Malta.

Prosit lill-Ambaxxata tagħna għax-xogħol eċċellenti li twettaq, li permezz tiegħu ikomplu jissaħħu d-djalogu u l-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi filwaqt li jiġi ffaċilitat ix-xogħol diplomatiku għal Ambaxxati ta' pajjiżi oħrajn li huma akkreditati għal Malta iżda bbażati f'Ruma. ‘

Il-President stieden lid-dijaspora Maltija biex tikkontribwixxi għat-transizzjoni soċjali u politika ta’ Malta.

Hu żied jgħid li dalgħodu ż-żjara tiegħu f’Ruma ġiet fi tmiemha u issa jinsab lura f’Malta.

Facebook/Omar Camilleri


Bernard Xuereb