Permezz tal-programm Ask Charmaine, is-sit Times of Malta kellu l-opportunità jieħu aktar kummenti rigward il-parties u d-divertiment li illegatament sar f'dawn l-aħħar jiem.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Profs Charmaine Gauci wriet li ħasset dispjaċir u rabja kbira għal dawn l-azzjonijiet irresponsabbli li awtomatikament kapaċi jkunu ta' theddida għall-progress li qed isir. Profs Gauci tistqarr li jinkwetawha ħafna każijiet bħal dawn u jżidu r-riskju li ma neħilsux mill-pandemija kif pjanat.
Il-pulizija għadhom qed jinvestigaw il-ksur ta' regoli li sar dal-aħħar permezz tal-parties. Nittamaw li ma nisimgħux b'aktar għemejjel ta' dawn it-tip, għaliex il-ħidma kontinwa ta' Profs Gauci, l-awtoritajiet, il-pubbliku responsabbli u t-tim mediku kollu, se jiġi rrovinat.