Covid-19 skoprejna ħafna talent mill-Maltin, u dan l-aħħar mhux kant u żfin biss! Issa anke l-karikatura. Dan hu xogħol l-illistrattur Sean Cini, fejn qed jippublika sett ta' karikatturi fuq l-aktar nies li huma diskussi f'Malta bħalissa. 

Din hi l-karikatura ta' Prof. Charmaine Gauci. Innutaw il-fattizi u l-ħarsa tal-għajnejn! Eżatt! F'din il-karikatura, Sean irnexxielu jpenġieha b'tali mod li qed tgħid "Oqgħodu d-dar" bil-lingwa tas-sinjali. 

 

Ma' Prof. Charmaine hemm l-ogħla awtoritajiet ta' Malta. Il-President ta' Malta, Il-Prim Ministru kif ukoll id-deputat Prim Ministru, magħhom hemm il-kap tal-Oppożizzjoni u fl-aħħar u mhux l-inqas l-Arċisqof ta' Malta. 

Jekk tixtieq tara aktar mill-karikatturi ta' Sean idħol HAWN. Għidilna liema l-aktar karikattura li għoġbitek?


Anthony Baldacchino