Il-produttur Jonathan Farrugia għadu kif ħabbar fuq il-profil ta' Facebook tiegħu aħbar mill-isbaħ. Hu qal, "Aħna ninsabu tassew eċitati li nħabbru li Pass Pass Għal Auschwitz rebaħ 2 kategoriji fil-festival tal-films tal-Vegas Movie Awards li sar f'Las Vegas nhar it-Tnejn 13 ta' Lulju."

"Il-Kategoriji huma L-Aqwa Film / TV Pilot u L-Aqwa Film Ispirazzjonali. Nixtiequ nirringrazzjaw lin-nies kollha li kienu jagħmlu parti minn dan id-dokumentarju Frans Lia, Ramona Mamo DeGiovanni, Theresa Zahra, Reuben Zammit, Natalie Bonnici speċjalment Dixon Vella li kien parti minn dan id-dokumentarju mill-ewwel jum sat-tmiem."

Jagħlaq billi jgħid, "Grazzi wkoll tmur lil Joe Dimech, Alexis Callus, Daniel Burns, Jeffrey Cymbler, Jackie Young u fejn huma kollha parti mit-tim tal-produzzjoni. Grazzi wkoll lil Flash Productions għall-produzzjoni u Television Malta talli xandru is-serje kollha."

Facebook / Jonathan Farrugia


Emil Calleja Bayliss