Viżjoni, il-programm televiżiv li qed iżomm kumpanija lil diversi telespettaturi li ta' kull nhar ta' Erbgħa fis-18:00 qed jingħaqdu ma' Ramona u Roberta Preca.

L-għan wara l-programm tagħhom hu li jinformaw lit-telespettaturi u fl-istess ieħor jiddevertu wkoll billi jisimgħu xi rakkonti dwar il-prodotti, l-arti u l-istorja lokali.

Fejn il-Malti jisma' l-ikel dejjem jinteressa ruħu aktar, u l-prodott Malti u tassew bnin. Is-suġġetti jvarjaw minn ikel għall-ilbies u l-programm jaħdem biex jaqta' l-kurżità dwar l-oriġini u l-viżjoni wara wħud mill-aktar prodotti lokali mfittxija ġewwa pajjiżna.

Fl-istess ħin, huma jidħlu fin-nostalġija ta’ Malta u jenfasizzaw ir-rebħiet u tista' tgħid il-fallimenti ta' wħud minn dawk l-intraprendituri li sawru dawn il-prodotti.

Tinsewx kull nhar ta' Erbgħa fis-18:00 fuq TVM bi produzzjoni ta' Gareth Degiorgio f'isem G Media. 


Emil Calleja Bayliss