Awguri lil wieħed mill-judges ta’ X Factor Malta, Ray Mercieca, li llum kien qed jiċċelebra għeluq sninu!
Ħafna jafu kemm huma ħbieb sew hu u Howard Keith, tant li Howard ġibidlu ftit saqajh f’messaġġ li kiteb għal għeluq snin Ray: “Happy Birthday Ray Mercieca. Għal ħafna iktar snin ta’ rifffing, rocking, rolling u moon stomping ;-) Jekk ma nkunx żbaljat dan ir-ritratt ittieħdet fl-ewwel jum tal-auditions tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta Staġun ;-) Int probabilment kont qed timmisja l-birra hawnhekk”
Ray apprezza ħafna lil kull min awguralu f’għeluq sninu. Fil-fatt kiteb messaġġ u qal: “Imħabba u rispett lilkom kollha. Intom persuni mill-isbaħ ta’ ispirazzjoni.”
Facebook/Ray Mercieca