Il-ġimgħa l-oħra, Facebook iddeċieda li jagħlaq temporanjament il-paġna uffiċjali tal-film ċinematiku ta’ Mark Doneo, The Weeping House of Qala.

Wara 6 ijiem magħluqa, issa l-paġna reġgħet pubblika u kulħadd jista jsegwi l-aġġornamenti tal-vjaġġ tal-film, li fl-20 ta’ Settembru se jiġi mniedi fiċ-ċinema Maltija.

Dan wara li l-film diġa ntwera fil-Brażil, u dalwaqt ser imur l-Indja wkoll.

Ara togħma mill-film hawn:

Aqra aktar dwar il-film f’dan l-artiklu.

Facebook / @mark.doneo


Luke Borg