Priscilla Psaila, magħrufa wkoll bħala Kaya llum awgurat l-isbaħ xewqat lil missierha b'messaġġ li tassew immislek qalbek. Missiera Vincent illum qed jiċċelebra l-għeluq l-64 sena! X'kitbitlu fuq il-profil tagħha?

Ritratt: Facebook / Priscilla Giordano Psaila

"Awguri Missier! Tajtni ħafna affarijiet imprezzabbli fil-ħajja u jien dejjem inkun grata għalihom. Jiena xortija tajba li ġejt mogħtija l-aqwa missier fid-dinja, missier li tassew iħobbni b’qalbu kollha. Inħobbok."

Ritratt: Facebook / Kaya Malta

Aħna f'isem Gwida.mt ningħaqdu ma' Priscilla biex nawguraw lil Vince l-isbaħ xewqat f'dan il-jum tant għażiż! Nixtiequlu saħħa u dak kollu li tixtieq qalbu! Il-messaġġ ta' bintu ċertament juri r-relazzjoni sabiħa li dawn it-tnejn għandhom.

Facebook / Priscilla Giordano Psaila


Emil Calleja Bayliss