Ħafna jinsabu ħerqana biex fil-bidu tas-sena li ġejja jmorru jaraw Priscilla, il-film ta' Sofia Coppolla dwar l-eks mara ta' Elvis Presley. Ftit huma dawk li jafu d-dettalji tal-istorja tagħha u dak li għaddiet minnu tul is-snin.

Il-film jibda minn qabel Priscilla ltaqgħet ma' Elvis u joħodna tul il-ġrajja u l-istorja tagħha. Żgur li għandna nassistu għal rakkont sensazzjonali li qed ikompli joħloq tant u tant interess. L-antiċipazzjoni hija kbira għal dan il-film, speċjalment meta wieħed iqis ir-rekord ta’ Coppola li wassal films bħal Lost in Translation u The Virgin Suicides.

L-istil uniku ta’ Coppola u l-abbiltà li tqanqal emozzjoni permezz ta’ viżwal u narrattivi konvinċenti jagħmlu lil Priscilla film li d-dilettanti tal-films m'għandhom jitilfu.

Tgħid is-segwaċi ta' Elvis ħa jieħdu gost b''dan il-film?


Emil Calleja Bayliss