L-attriċi Kerry Ingram li għandha l-irwol tal-Prinċipessa Shireen Baratheon fis-sensiela tant maħbuba u popolari Games of Thrones ġiet kull sena għall-festa tal-Imqabba minn mindu twieldet.

L-attriċi għanda 17-il sena u n-nannu tagħha huwa Malti.

Kerry Ingram spiss issemmi lil Malta anke meta tiġi intervistata u kif jidher fir-ritratt, tieħu l-okkażjoni biex tgawdi minn dak li joffri pajjiżna.

View this post on Instagram

Goodbye clouds of grey, hello skies of blue 🌊

A post shared by Kerry Ingram-Kelly (@kerry_ingram) on

L-attriċi rebħet ukoll ‘Olivier Award’ li huwa l-ogħla unur fit-Teatru Ingliż għall-interpretazzjoni li tat fil-musical Matilda.

Kos hux, din il-gżira kemm toffri! Min jaf min huma l-familjari tagħha mill-Imqabba? Nieħdu gost jekk tagħmlu kuntatt magħna.

Ritratt: Kerry Ingram/ Instagram


Clifford Galea