Skont is-sit ta' BBC, Il-Palazz ta’ Buckingham jirrapporta li d-Duka ta’ Edinburgh qiegħed jiġi trattat għal infezzjoni u huwa mistenni li jibqa’ l-isptar għal bosta ġranet.

Prinċep Philip, ta’ 99 sena, daħal l-isptar ta’ King Edward VII f’Londra t-Tlieta li għadda bħala prekawzzjoni għaliex ma kienx qed iħossu f’saħħtu.

“Jinsab komdu u qed jirrispondi tajjeb għat-trattament.” jgħid Buckingham Palace.

Il-Konti Earl Ta’ Wessex qal li missieru jinsab ferm aħjar u jixtieq jerġa’ jirritorna ma’ familtu.

Kemm id-Dukessa kif ukoll ir-reġina, ta’94, ħadet il-vaċċin tal-Covid-19 ix-xahar li għadda. Id-dħul fl-isptar ta’ Prinċep Philip m'huwiex relatat mal-Covid-19.

Il-koppja, li ċċelebraw l-anniversarju ta’ 73 sena f’Novembru li għadda, kienu qed iqattgħu l-lockdown fil-Kastell Ta’ Windsor flimkien ma’ numru żgħir ta’ staff.

Sors mill-palaz kien qal li d-duka, li jagħlaq 100 f’Ġunju, kien mexa fl-isptar ta’ Marylebone mingħajr għajnuna.


Rowena Calleja