Il-Familja ta' Min Imissu? ħa tkun qed tikber! Dan għaliex il-preżentatriċi, awtriċi u kantanta lokali Tiziana Calleja ħa tkun qed tingħaqad mal-familja ta' Min Imissu? Tiziana bħalissa qed narawha tippreżenta l-programm Kalamita fuq ONE iżda ħafna jafuha bħala attriċi u bħala kantanta.
Tiziana ħadet sehem fil-Malta Eurovision darbtejn, rajnieha fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza u wkoll din is-sena ħa tieħu sehem fl-Għanja tal-Poplu. L-aħbar li Tiziana Calleja ħa tkun qed tingħaqad mal-familja ta' Min Imissu? ħarġet waqt il-programm Tonight ta' Brandon Terribile li xxandar l-Erbgħa li għadda fuq ONE.
Din kienet sorpriża ħelwa mmens għat-telespettaturi u kurjużi mmens biex naraw x'parti ħa jkollha f'Min Imissu?
Facebook / Tiziana Calleja II