Is-semmiegħa tar-radju fl-Ingilterra nħasdu wara li DJ bl-isem ta’ Tim Gough miet on-air waqt li kien qed jippreżenta breakfast show fuq GenX Radio Suffolk.

Tim kellu 55 sena u dan ħalla warajh lil ħutu, ibnu, ommu u l-bqija tal-familja. Il-paġna uffiċjali tal-istazzjon tar-radju GenX Radio Suffolk ħabbru l-mewt tiegħu u bagħtu l-kondoljanzi lil dawk qrib tiegħu.

James Hazell, li huwa wieħed mid-diretturi ta’ GenX Radio qal li lil Tim ilu jafu għal madwar 30 sena u dan kien bniedem maħbub minn kulħadd, inkluż minn Hazell u familtu. Oħrajn iddeskrivewh bħala DJ ta’ esperjenza u b’talent enormi.


Henzley  Bezzina