Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorita' tax-Xandir f'Awwissu li għadda, irriżulta li l-programm Popolin preżentat minn Quinton Scerri, irreġistra bħala l-aktar programm ta' diskussjoni popolari u imfittex mit-telespettaturi f'pajjiżna.

Il-programm Popolin jibqa' magħruf bħala spazju fejn jista' jkun hemm diskussjoni mingħajr kantunieri, imparzjali u li jitratta tant suġġetti li fil-ħajja ta' kuljum jiddiskuti l-poplu. 

Popolin ser jirritorna għall-iskeda li jmiss! It-tim jikteb fuq il-paġna dwar dan.

"Popolin ser jerġa jibda minn Ottubru li ġej. Quinton Scerri ikompli jiddiskuti aktar suġġetti attwali, soċjali u kontroversjali fir-4 staġun tal-aktar programm ta' diskussjoni segwit f'pajjiżna."


Kyle Zarb