Facebook / Valletta FC

Il-partita bejn il-Belt u Gżira United ħa tkun qed issir kif kien ippjanat avolja plejer ta’ Valletta FC ittestja pożittiv għall-Covid-19. L-aħbar ġiet ikkonfermata ftit ħin ilu mis-sit Times of Malta.

Skont l-istess sit, il-plejer li nstab pożittiv għamel it-test l-għada li l-istess tim lagħab kontra t-tim ta' Ħal Balzan fejn it-tim Belti rebħaħ 1-0 fl-Istadium Nazzjonali ġo Ta' Qalbi.

Kollox jindika li t-tim medika tal-assoċjazzjoni tal-futbol f'pajjiżna daħlet biex tagħmel il-contact tracing neċessarju biex kull min kien f’kuntatt mill-qrib mal-plejer jidħol f'kwarantina. Dan huwa l-ewwel riżultat pożittiv fil-Kampjonat BOV Premier minn meta beda l-kampjonat aktar kmieni dan ix-xahar.

Skont ir-regoli tal-Malta FA rigward il-każijiet tal-Covid-19, logħba ma tkunx posposta sakemm tim ma jkollux 16-il plejer li jkun jista' jilgħab il-partita.


Emil Calleja Bayliss