Player li kważi ħadd ma kien sema’ bih huwa Felix Afena-Gyan ta’ AS Roma, fejn Jose Mourinho huwa l-kowċ.

Waqt il-logħba bejn Roma u Genoa fil-weekend li għadda, Mourinho ddeċieda li jdaħħal lil dan il-player żgħażugħ mill-bank fl-aħħar kwarta tal-logħba meta r-riżultat kien għadu draw ta’ xejn b’xejn. Ħaġa li ħadd ma stenna kien li Afena-Gyan jagħmel impatt daqshekk qawwi fejn skorja żewġ gowls u rebbaħ il-logħba lit-tim ta’ Roma.

Mourinho kien għamel wegħda mal-player li ser jixtrilu żarbun li jiswa €800 u wara li skorja, Afena-Gyan mar jiċċelebra ħdejh u fakkru fil-wiegħda. L-għada stess Mourinho xtara dan iż-żarbun u tah lill-player kif kien wegħdu.


Henzley  Bezzina