It-tielet edizzjoni ta’ The Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards qed tittella’ bil-għan li tkompli tippromwovi l-evoluzzjoni ta’ arkitettura interna u esterna ta’ kwalità ġewwa pajjiżna. L-organizzatur tal-MASP Awards, Peter Gingell, jispjega kif il-premjijiet ta’ din is-sena issa jkopru wkoll aspetti ġodda ta’ eċċellenza arkitettonika għal periti, interior designers, studenti universitarji u oħrajn fil-qasam tal-fotografija.

L-arkitettura ta’ Malta hija parti ewlenija mill-wirt nazzjonali, bi strutturi mibnija matul is-sekli tal-istorja twila tal-gżira li għadhom jiġu ammirati sal-lum. Madankollu, filwaqt li dawn il-binjiet tant apprezzati sa minn żmien il-Kavallieri jixirqilhom ikunu rinomati, l-arkitettura moderna Maltija toffri wkoll proġetti ta’ kwalità li wkoll jistgħu jħallu marka pożittiva għad-deċennji li ġejjin.

df

Ix-xogħol metikoluż u l-innovazzjoni wara dawn il-proġetti ikoniċi - minn professjonisti stabbiliti sa studenti universitarji - għal darb’oħra se jiġu ċċelebrati fil-MASP Awards.

“L-iskop tal-MASP Awards huwa li nirrikonoxxu x-xogħol ta’ kwalità, magħmul minn nies fl-industrija tal-arkitettura, għat-talent, il-kompetenza u s-sengħa tagħhom,” jispjega l-organizzatur tal-MASP Awards, Peter Gingell. “Proġett li jirbaħ premju jinvolvi ħafna iktar xogħol milli naħsbu; huwa sforz ta’ tim sħiħ li jeħtieġ ħin, dedikazzjoni, kompetenza u passjoni. Il-MASP Awards jippromwovu l-aqwa nies f’Malta fil-qasam tal-arkitettura u tal-ippjanar spazjali, biex jiġi rrikonoxxut il-kontribut tagħhom għall-passat, il-preżent u l-futur tal-industrija.”

gh

Imnedija fl-2019 mill-Awtorità tal-Ippjanar taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta, il-MASP Awards huma meqjusa bħala avveniment prestiġjuż ta’ kull sena u marka ta’ eċċellenza fl-industrija. Il-kumpaniji tal-arkitettura u l-istudjos tad-disinn ta’ ġewwa jibbenefikaw mill-esperjenza tat-tim, li jingħaqdu biex jissottomettu x-xogħlijiet tagħhom. Il-proċess ta’ sottomissjoni fih innifsu jagħti spinta morali u esperjenza siewja biex tintwera l-istorja tal-proġett lill-pubbliku.

“Kważi s-sottomissjonijiet kollha li nirċievu huma proġetti ta’ disinn li għamlu suċċess u jkollhom l-għan li jirbħu l-għola premju fil-kategorija rispettiva tagħhom. Kieku ma kienx għal dawn il-premjijiet ħafna minn dawn il-proġetti jibqgħu ma jiġux apprezzati u jkunu ‘stejjer moħbija’ tat-talent lokali kreattiv li għandna madwarna. Aħna nemmnu li billi nuru l-aħjar prattiki, disinn ta’ kwalità, eċċellenza arkitettonika u aktar, hemm ċans ikbar li ninfluwenzaw u nispiraw il-bidla fil-kwalità tad-disinn kollettiv li għandna bżonn fl-ambjent mibni tagħna. L-istat ta’ kuntentizza tagħna u t-titjib fil-kwalità tal-ħajja jiddependu minn din il-bidla,” jenfasizza s-Sur Gingell.

Minbarra li r-rebbieħa jirċievu iżjed kredibbiltà, kemm mal-professjonisti tal-industrija kif ukoll mal-klijenti prospettivi, kull rebbieħ ta’ premju jiġi ppreżentat bi trofew esklussiv tad-disinjatur Kane Cali, ispirat mill-forom angolari tal-fortifikazzjonijiet famużi tal-Belt Valletta. Ir-rebbieħa jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw f’firxa wiesgħa ta’ inizjattivi kummerċjali u ta’ relazzjonijiet pubbliċi għal sena.

ffg

Il-MASP Awards ta’ din is-sena jinkorporaw bidliet li jirriflettu bl-aħjar mod l-industrija dinamika li jirrappreżentaw. Flimkien mal-introduzzjoni ta’ kategoriji ġodda u xi reviżjonijiet ta’ oħrajn eżistenti, it-tielet edizzjoni se tkun l-ewwel waħda li tirrikonoxxi l-apprezzament tal-pubbliku ġenerali lejn l-arkitettura ta’ kwalità lokali.

Wara rispons mill-partijiet interessati fl-industrija, il-Premju ta’ Riabilitazzjoni u Restawr tal-edizzjonijiet preċedenti nqasam fi tnejn billi issa hemm premju separat li jirrikonoxxi proġetti fejn l-enfasi primarja kienet li tiġi rrestawrata u ppreservata l-awtentiċità ta’ bini u monumenti. Il-premju tad-disinn issa ġie estiż biex jinkludi bini u strutturi li mhux biss jinsabu f’ambjent urban, iżda li juru disinn sabiħ f’ambjent rurali jew marittimu. Sadanittant, premju ġdid għall-Arkitettura Residenzjali huwa ddedikat għal bini residenzjali ta’ kwalità.

fdfd

Il-firxa ta’ dawn il-MASP Awards se testendi aktar min dik ta’ edizzjonijiet preċedenti. Premju ġdid għall-Fotografija tal-Arkitettura huwa miftuħ għal kulħadd f’Malta, li ser jinkludi sottomissjonijiet ta’ fotografija ta’ arkitettura lokali mibnija wara l-1960. Bl-istess mod, din is-sena l-pubbliku jista’ wkoll jivvota online għal kwalunkwe proġett fil-premjijiet, bir-rebbieħ ġenerali jirċievi rikonoxximent addizzjonali.

Iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet għall-edizzjoni tal-2021 se ssir fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 26 ta’ Frar 2022, f’konformità mal-protokolli attwali kollha tal-Covid-19. Wieħed jista’ jissottometti applikazzjoni għall-premjijiet sal-Erbgħa 5 ta’ Jannar 2022, filwaqt li l-votazzjoni tal-pubbliku se ssir bejn l-24 ta’ Jannar u l-5 ta’ Frar 2022.

gf

“Il-ġurija se tevalwa l-forma, il-funzjoni, l-innovazzjoni, il-kwalità, is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tal-enerġija ta’ kull proġett biex tagħżel ir-rebbieħ f’kull kategorija,” temm jgħid is-Sur Gingell. “Il-MASP Awards huma opportunità kemm għal dawk li ma’ ilhomx jaħdmu fl-industrija kif ukoll għal dawk li huma esperjenzati sew fl-industrija biex jingħaqdu flimkien u juru l-proġetti ta’ kwalità u l-ideat innovattivi tagħhom, għall-benefiċċju tal-futur tal-arkitettura Maltija.”

Aktar informazzjoni u dettalji tas-sottomissjonijiet huma disponibbli online fuq HAWN

Text Box:

  1. Rehabilitation & Conservation Award
  2. Restoration Award
  3. Design Award for Good Architecture, Building and Structure
  4. Residential Architecture Award
  5. Public Open Spaces Award
  6. Commercial and Public Buildings Award
  7. Interior Architecture Award for residential projects
  8. Interior Architecture Award for Commercial or Public Buildings
  9. Urban Planning Concept Award
  10. Hospitality, Tourism Accommodation & Leisure Award
  11. Emerging Architect Award
  12. Architecture Photography Award

gh


Kyle Zarb