Johan Mifsud fuq il-paġna tiegħu għażel li jikteb messaġġ qasir lis-segwaċi tiegħu biex jgħallimhom jagħtu l-enerġija tagħhom lil min ikun jista’ jagħtihielhom lura.

Hu spjega, “L-esperjenza tgħallmek li, għalkemm għandek imħabba kbira lejn dik il-pjanta tal-plastik, tista’ titfa’ x’titfa u tisqiha kemm trid, qatt ma tista’ tikber iżjed, għax pjanti tal-plastik ma jikbrux. Għalkemm xi kultant il-bieb ikun iebes biex tagħlqu u tieqaf tipprova u tittama, aċċetta li huma hekk u agħti dik l-enerġija u mħabba lil min jista’ jagħtik l-imħabba u l-enerġija lura! Teħilx int għax weħlu huma.”

Dan il-messaġġ iqajjem punt importanti li għandna dejjem inżommu f’moħħna. Grazzi ta’ dan il-parir siewi Johan!

Facebook / Johan Mifsud


Gabriella Borg