Wara li fl-aħħar vidjow tiegħu Pierre Farrugia esplora Għar Ħasan, issa ingħaqad ma żewġ minn nies oħra sabiex din id-darba jesplora mina li nbniet fl-1870.

Din il-mina fiha mat-800 metru u tibda mill-Fgura u tibqa’ għaddeja sa Għajn Dwieli. F’din il-mina raw xi linji mpinġijin mas-saqaf u anke xi toqob mal-ħajt u ħasbu li dawn jista’ jkun li saru minħabba xi xogħlijiet li saru jew li kienu se jsiru f’din il-mina.

Importanti li jekk wieħed ser jagħmel bħal Pierre u sħabu u jesplora din il-mina ma jagħmilx dan fix-xita minħabba periklu li jista jinħoloq.

Agħfas HAWN biex tara l-vidjow.

Youtube / Pierre Farrugia


Henzley  Bezzina