Wara li s-sena li għaddiet il-palazz ta’ Buckingham ma kienx miftuħ għall-pubbliku minħabba r-ristrezzjonijiet, dan is-sajf ser ikun miftuħ b’differenza. Ir-residenza tar-reġina ser tkun miftuħa għall-pubbliku, speċifikament il-ġonna tal-palazz, fejn in-nies ser ikunu jistgħu jagħmlu picnics kif ukoll jimxu mat-tul tal-lag.

Aċċessibli fil-ġnien ser ikun hemm ukoll ir-Rose Garden u l-Wildflower Meadow.

Għalkemm il-palazz jinsab f’żona urbana, xorta waħda għandu diversi flora u fawna, b’anke speċi ta’ pjanti indiġeni.

Il-ġonna ser ikunu miftuħa bejn id-9 ta’ Lulju u id-19 ta’ Settembru.


Bernard Xuereb