Sfortunatament Yada ’N’ Heels kellhom jirtiraw minn Malta’s Got Talent minħabba kwistjoni tal-Covid-19 fil-grupp tagħhom. Oriġinarjament dawn kienu ntagħżlu għas-Semi Finali, li b’kollox hemm tlieta.

Ma’ din l-aħbar infetħet petizzjoni biex Yada ’N’ Heels jirritornaw fuq il-programm. Il-persuna li bdiet il-petizzjoni, Catriona Cuschieri, qalet li Malta’s Got Talent “għażlet li tneħħihom mill-kompetizzjoni” minflok ma ħadmet “biex tipprova ssolvi l-kwistjoni imprevedibbli u inkontrollabbli”.

“Huwa ċar li l-Produzzjoni setgħet tistenna s-sitwazzjoni ta’ kwarantina tagħhom u sempliċement ipposponiet il-prestazzjoni tagħhom għat-2 jew it-3 Semi Finali,” qalet hi.

“M’huwa tort ta’ ħadd fejn isseħħ il-kwarantina u huwa għalhekk li għandhom jittieħdu l-aktar deċiżjonijiet ġusti.”

Jekk tixtieq tiffirma l-petizzjoni, agħfas HAWNHEKK.

Facebook/Malta's Got Talent


Nicole Barbara