L-emendi tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali ġiet approvata mill-Parlament, bil-għan li persuni morda jew vulnerabbli, tal-Covid 19, inklużi dawk li huma maqbuda fi kwarantina mandatorja tal-Covid-19, ikunu jistgħu jivvutaw xorta waħda.

Fil-fatt ġiet approvata l-liġi li dawn jistgħu jivvutaw f’jum qabel il-ġurnata tal-votazzjoni uffiċjali tal-elezzjoni ġenerali. Huma mistennija li jinnotifikaw b’dan l-arranġament lill-awtoritajiet minn qabel. Normalment ikollhom dan iċ-ċans dawk il-persuni li jkunu msiefra jew rikoverati l-isptar f’jum il-votazzjoni u li jingħataw id-dritt li jivvutaw qabel il-jum uffiċjali tal-votazzjoni.

Persuni vulnerabbli jew li jbatu minn xi kundizzjoni ta’ saħħa għandhom il-permess li jkunu akkumpanjati minn ħaddiema fis-settur tas-saħħa wkoll. Fil-kamra tal-votazzjoni xorta jkunu waħedhom u l-unika persuna preżenti tkun l-assistenti kummissjonarji elettorali.

Il-Ministru Michael Falzon u l-kelliem tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina approvaw dan l-abbozz. Il-pubbliku rreaġixxa u kien hemm diversi kummenti ta' nies li anke reġgħu qajmu l-argument tal-vaċċin u r-restrizzjonijiet ġodda li ssemmew dal-aħħar. Fost il-kummenti, ħafna qed jistaqsu ironikament jekk hemmx bżonn ikunu mlaqqma biex imorru jivvutaw.


Kyle Zarb