Waqt seduta fil-Parlament, id-DPM u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, qal li dawk il-persuni li għandhom minn 16-il sena ‘l fuq, se jkunu jistgħu jirreġistraw sabiex jitlaqqmu bil-vaċċin kontra l-Covid-19 dan ix-xahar, fil-ġimgħat li ġejjin.

Meta tkellem dwar il-‘herd immunity’, hu żied li din ser tkun meta 70% tal-popolazzjoni Maltija tkun tlaqqmet b’minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin. Din il-mira qed jingħad li ser tkun qed tintlaħaq ukoll fil-ġimgħat li ġejjin.

Bħalissa, ‘l fuq minn 60% tal-popolazzjoni ħadet minn tal-inqas l-ewwel doża.

Facebook / Chris Fearne


Henzley  Bezzina