Matul is-sitt episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser nitkellmu dwar persuni li salvaw f’sitwazzjonijiet estremi. Mhux l-ewwel darba li smajna b’każijiet ta’ nies li jsalvaw f’sitwazzjonijiet estremi. Uħud minn dawn il-każijiet ikun hemm spjegazzjoni għalihom iżda każijiet oħra jkunu inspjegabbli.

Għaliex għandek nies li għal kuntrarju ta’ nies oħra kapaċi jsalvaw f’sitwazzjonijiet estremi? Jista’ jkun li għandek nies li ġenetikament ikunu jifilħu aktar minn ħaddieħor? Il-background familjari, il-ħbieb u l-ambjent fejn tgħix x’influwenza għandhom fuq kemm bniedem jibqa’ reżiljenti f’sitwazzjonijiet estremi?

L-esperta fil-panel se tkun Dr Andre Mercieca – Konsulent tal-Mediċina tal-Emerġenza. L-Inspjegabbli jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+ u l-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967 

L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia, bi Produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions. 


Emil Calleja Bayliss