Kumpanija fil-Ġappun qed tagħti lill-impjegati li ma jpejpux sitt ijiem żejda biex tpatti għall-pawżi li jieħdu kull min ipejjep. Kumpanija ibbażata f'Tokjo Piala Inc introduċiet dan wara li impjegat ilmenta dwar waqfiet tas-sigaretti li skont qed jaffettwaw il-produttività.

"Wieħed mill-istaff tagħna li ma jpejpux poġġa messaġġ fil-kaxxa tas-suġġerimenti tal-kumpanija aktar kmieni fis-sena li qal li l-pawżi għat-tipjip kienu qed jikkawżaw problemi," qal Hirotaka Matsushima, kelliem għal Piala Inc, skont CNBC. "Il-Kap Eżekuttiv tagħna ra l-kumment u qabel, għalhekk qed nagħtu lil dawk li ma jpejpux ftit ħin żejjed biex jikkumpensaw."

"Nittama li ninkoraġġixxi lill-impjegati biex jieqfu jpejpu permezz ta' inċentivi aktar milli pieni jew sfurzar," is-Sur Asuka qal lil Kyodo News.


Emil Calleja Bayliss