Persuni B’diżabilità Issa Jistgħu Japplikaw Għall-Karta Ewropea Tad-Diżabilità Ma’ Aġenzija Sapport

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni aktar kmieni llum ħabbar li nies b’diżabilità jistgħu japplikaw għall-Karta Ewropea Tad-Diżabilità ma’ Aġenzija Sapport. B’dan id-dokument, il-persuni jkunu jistgħu japplikaw għal diversi servizzi u benefiċċji.

Id-Dipartiment qal li “wieħed jista’ japplika għal dokument ġdid jew jagħmel talba sabiex iġedded id-dokument billi jżur is-sit www.eudisabilitycard.org.mt u jissottometti applikazzjoni online. Għal aktar informazzjoni dwar x’dokumenti għandu bżonn sabiex wieħed japplika kif ukoll dwar il-kriterji ta’ eliġibilità għal dan id-dokument, wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Helpline tal-Aġenzija fuq Freephone 153 (tagħfas in-numru 5). Wieħed jista’ wkoll jikkuntattja lill-Aġenzija permezz ta’ email fuq accessibility.sapport@gov.mt.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI