Id-dilettanti tal-karozzi żgur jieħdu gost jekk ikollhom xi karozza lussuża u li tiswa l-flus. M’hemmx dubju li min ikollu karozza hekk ser jieħu ħsiebha u jagħmel minn kollox biex iżommha f’kundizzjoni tajba.
Persuna f’Derbyshire ġewwa l-Ingilterra xtrat Ferrari li tiswa aktar minn €250,000 imma ma tantx damet tgawdiha. Dil-persuna saqet biss żewġ mili b’din il-karozza u spiċċat biex ħabtet u faqgħet il-parti ta’ quddiem tal-Ferrari.
Il-pulizija ma setgħux jemmnu dan l-inċident minħabba li lbieraħ kien l-ewwel ta’ April, jum fejn bosta persuni jagħmlu ħafna ċajt, anke ċajt goff.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u jidher li din kienet l-unika karozza involuta fil-ħabta.
