Ilbieraħ filgħodu l-Animal Welfare ta’ Għawdex ġew ikkuntatjati sabiex imorru għal kelb li kien jidher marid.

Waqt li kienu qed jieħdu ħsieb lil dan il-kelb, kelb ieħor resaq ħdejn l-ambulanza tal-Animal Welfare u dak il-ħin ġie mtajjar minn mutur fejn is-sewwieq beda jsuq b’veloċita qawwija, tant li lanqas setgħu jaqraw in-number plate.

Is-sewwieq kompla jsuq sar-Rabat Għawdex fejn waqaf għal ftit sabiex jara jekk kellux xi ħsarat fil-mutur. Bħalissa l-pulizija qed tinvestiga sew dan il-każ u l-klieb qed jinżammu mill-Animal Welfare ta’ Għawdex.

Jekk hawn xi ħadd li għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ huwa mitlub jikkuntattjahom fuq [email protected] jew iċempel fuq 22928618.


Gwida.mt