Persuna li kienet ġo party il-Ħadd 26 ta' Lulju nstabet pożittiva iżda l-organizzaturi Indigo MT ħabbru li wara li tkellmu mal-awtoritajiet huma waslu għall-konklużjoni li l-persuna pożittiva ma kinitx infettiva waqt li kienet ġo dan il-party. Din kienet ir-raġuni għala ma sarx contact tracing iżda l-awtoritajiet xorta waħda jħeġġu lil dawk kollha li jiżviluppaw is-sintomi sabiex iċemplu 111.
Nappellaw mill-ġdid jekk xi ħadd ikollu xi sintomu jew ieħor, tajjeb li jċempel il-linja 111 sabiex jagħmel it-test. Tul l-aħħar jiem l-ammont ta' testijiet żdied mill-ġdid biex jassiguraw li dawk li jixtiequ jagħmlu t-testijiet ikunu jistgħu jagħmlu dan. Waħda mill-aħjar azzjonijiet hi li wieħed jiċċekkja dwar il-firxa tal-virus fil-komunità. Dan jgħin sabiex dawk li jinstabu pożittivi jidħlu f'iżolament 'il bogħod minn ħaddieħor u jagħmlu kwarantina mandatorja.