Tkellimna mas-soċjoloġista Bridget Borg u xtaqna nkunu nafu kif din il-pandemija qed taffetwa s-soċjetà tagħna. Hu żmien interessanti li qed jibdilna bħala poplu. Fil-verità għad irridu naraw x’ser issir wara l-Coronavirus iżda wieħed jibda jistaqsi.

“Qabel konna ngħidu lit-tfal tagħna, inqala’ minn mal-mowbajl. Iddedika ftit ħin għall-familja. Issa li għandna iktar ħin mal-familja, tħalliehom jilagħbu bil-gadgets għax mhux dejjem tkun taf kif ser iżżomhom okkupati għall-ħin twil.” - Bridget Borg

Peress li qed nqattgħu ħafna ħin flimkien, ser ikun hemm baby boom? “Hu ftit diffiċli li tgħid fiċ-ċert x’ser jiġri fi ftit xhur. Evidentament, ħafna qed jkollhom ħafna aktar il-ħin mal-familja flimkien. Ma jfissirx li għax hemm aktar ħin flimkien ser ikollna ħafna iktar trabi fix-xhur li ġejjin”.

Ritratt: Pexels.com 

Bridget tistqarr li “…Ilum il-ġurnata għandna ħafna aktar edukazzjoni relatata mas-sesswalità. Miniex qed nara li jaf ikollna żieda sostanzjali fin-numru ta’ trabi”.

Fejn tidħol il-familja minkejja dan Bridget tgħidilna li … “jekk forsi kien hemm diġa problemi bejn il-koppja, il-fatt li ser ikunu iktar flimkien, mhux ser jelimina l-battibekki. Anzi, jaf ikun hemm anke iktar disgwid bit-tenzjoni li jaf iġġib magħha l-Covid-19. Pero’, irridu nagħmlu minn kollox biex dan il-ħin flimkien nużawh b’mod utli anke bejn il-koppji, billi niffukaw iktar fuq il-komunikazzjoni ta’ bejnietna u naħdmu iktar għat-tisħiħ tal-familja tagħna”.

Ritratt: Pexels.com 


Anthony Baldacchino