Il-preżentatur lokali Peppi Azzopardi u martu Mandy, li nafuha bħala preżentatriċi u wkoll bħala attriċi saru nanniet! Binhom Xandru u t-tfajla tiegħu Marlene saru ġenituri għall-ewwel darba!

Kien proprju l-eks Ministru George Pullicino li qasam l-aħbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Hu kiteb, "Nifraħ lil Joe u Mandy li għadhom kemm saru nanniet. Xandru nifraħlek li sirt missier. Fuq kollox nifraħ lil maħbuba tiegħek Marlene li saret omm."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Xandru u t-tfajla tiegħu, flimkien man-nanniet friski Peppi u Mandy. Ninsabu ċerti li ħerqana biex jibdew dan il-vjaġġ flimkien!


Emil Calleja Bayliss