Peppi Azzopardi għadu kif tefa' dwar dak li għadda minnu lbieraħ flimkien ma' eks ħabsi li għadu qed jirċievi diversi sinjali ta' mibgħeda fil-ħajja t'hemm barra. Peppi jirrakkonta kif Toni ċempillu lbieraħ biex jiftaħ qalbu minħabba li kellu bżonn l-għajnuna dwar dak li kien qed jintqal dwaru.

Peppi kellu jħassar il-pjanijiet kollha ta' dik il-lejla biex ikun hemm għal Toni u jgħinu qalb it-tensjoni li kien għaddej minnha. Baqa' sakemm talab għal ġustizzja fuq min kien qed jipprova jkisser lil Toni. Madankollu, xejn ma kienetx faċli. 

"Toni huwa dak li għax kellu xi jgħid mad-Direttur tefgħuh għal 3 xhur waħdu, joħroġ siegħa biss miċ-ċella. Toni huwa dak li kien fiċ-ċella ma’ Colin ftit ħin qabel ma tgħallaq. Toni huwa dak li rrakkonta kif kienu qed jittrattaw lil Colin qabel ma tgħallaq fiċ-ċella. Minn dakinhar ħadd ma ċaħad dak li qal Toni imma hemm konfoffa sħiħa biex jipprovaw ikissruh."

Ara iktar x'irrakkonta Peppi hawn taħt.


Gwida.mt