Il-ġimgħa l-oħra, Peppi Azzopardi kien l-ewwel mistieden tal-programm Be Our Guest fuq NET TV flimkien ma' Dulcima Aqulina u Daniel Grech. F'dan il-programm rajna lil Peppi jsajjar, xi ħaġa li żgur qatt ma rajna qabel! Wara li sajjar ma' Daniel minn ġo dahru stess, Peppi ingħaqad ma' Dulcima Aquilina għal intervista fejn fiha ddiskuta diversi affarijiet! 

Punt li ħareġ mill-intervista hu li Peppi hu persuna vera mistħija! Stqarr li anke meta jmur tieġ, ħafna drabi jmur bil-kamera tar-ritratti miegħu sabiex joqgħod jieħu r-ritratti u jkollu x'jagħmel! Sorpriża mmens li mhux persuna soċjali! Mhux l-ewwel darbja li kellu jieħu medikazzjoni u jispiċċa bit-tabib isegwih minħabba xi programm etċ...

Ritratt: Net On Demand / Be Our Guest - Episode 1

Hu jgħid li hu persuna normali b'ħafna stejjer għax iltaqa' ma' diversi nies, b'hekk jifherm ħafna n-nies. Hu trabba f'ambjent vera sempliċi. Jgħid li ommu kellha ideoloġija soċjalista u dak tgħallem ħafna minnu! Hu jgħid li l-awtorità, speċjalment dik imnebbħa minn inġustizzja kienet ittih f'għajnu. Forsi għax missieru kien kemxejn iddixxiplinat iżżejjed.

Peppi jitkellem dwar il-popolarità u r-relazzjoni tiegħu mat-tifel tiegħu Xandru: "aħna suppost, jekk għandna t-tfal insaqsuhom jekk għandnix inkunu popolari għax aħna nkunu qed indaħħluhom f'xi ħaġa li huma m'għażlux." Igawdi l-ħin tiegħu mal-familja u mhux l-ewwel darba li jikkumiedja ftit! Affarijiet li mhux ħa jagħmel Malta... imma barra ħadd ma jafu!

Ritratt: Net On Demand / Be Our Guest - Episode 1

Peppi jjieħu ħsieb in-nies u jgħid: "l-ewwel in-nies imbagħad Xarabank!" Jistqarr li jekk int ma tibżax m'għandekx kuraġġ u meta jkun hemm postijiet ta' perikolu jippreferi jmur hu milli jibgħat in-nies! Hu jistqarr li hemm numru ta' affarijiet li jixtieq jagħmel: inkluż qed jikteb teleseries politiku li jgħid li hu verament hot u hu nteressat ukoll li joħroġ għal politika!

Insomma ħarġu ftit kurżitajiet fuq Peppi Azzopardi li ftit kienu jafu... grazzi għal Be Our Guest. Il-programm jixxandar kull nhar ta' Sibt fit-15:05! Ċertament li ħa joħorġu aktar u aktar kurżitajiet fuq diversi personalitajiet f'kull programm! Dawk li jixtiequ jsegwu l-programm jistgħu jagħmlu dan billi jagħfsu HAWN.

Net On Demand / Be Our Guest - Episode 1


Emil Calleja Bayliss